Il-Kanada u l-Istati ta’ Washingtom u Oregon inħakmu minn mewġa ta’ sħana kbira bil-konsegwenza li spiċċaw mietu diversi persuni.
Min-nhar il-ġimgħa li għadda l-Pulizija daħlulha madwar 130 rapport ta’ imwiet kawża ta’ din is-sħana qawwija.
L-istat ta’ Vancouver qatt ma esperjenza temperaturi daqshekk għoljin fejn l-uffiċjali tal-Pulizija qed jagħmlu dak kollu possibbli sabiex iżommu lin-nies siguri.
L-għola temperatura rreġistra lbieraħ fil-Kanada kienet dik ta’ kważi 50 grad. L-istati ta’ Washington u Oregon irreġistraw temperaturi ta’ iktar minn 40 grad. Ir-residenti qed ikunu mħeġġa jorqdu f’postijiet kesħin u jevitaw li joħorġu barra fil-ħin meta t-temparturi jkunu l-iktar sħan.
//= $special ?>