Kenneth Vella
F’idejn Rodney Gatt, New Moon Pellini rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret ilbieraħ filgħaxija fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tal-kampjonat Executive Security għal żwiemel tal-klassi Silver fuq distanza qasira ta’ 2140 metru. Din il-finali għamlet parti mid-dsatax -il laqgha tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott.
Tnax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Silver. Bidu tajjeb kellu Baltra Spider (Sam Cassar) wara l-bidu uffiċjali ta’ din it-tiġrija. Dan minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Alfred Maza (Jean Pierre Farrugia) u Prinsen One (Mario Farrugia). Madankollu 700 metru mit-tmiem Rodney Gatt talab lil New Moon Pellini beda jżid fil-ġiri fuq in-naħa ta’ barra u qabeż lil Baltra Spider f’nofs id-dritta finali. B’hekk New Moon Pellini ha r-raba’ rebħa nfila u f’dan il-kampjonat b’tul minn Colorado Telbe (Clint Vassallo) u Apache Reyor (Charles Degiorgio). Cathy De La Rouvre (Redent Magro) temmet fir-raba’ pożizzjoni.
Ic-chairman tal-Malta Racing Club l-Imhallef Antonio Mizzi ppremja lil Rodney Gatt u Charles Magro is-sewwieq u s-sid rispettivament taż-żiemel rebbieħ.
Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Graminee Jive (R. Magro) Ħin – 4.04.9” (1.18”) 2. Floyd Du Guibel (M. Ellul) 3. Gringo Marancourt (K. Axisa) 4. Dakota Atout (M. Mifsud)
II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Lillen Sisu (J. Briffa) Ħin – 2.03” (1.15.2”) 2. Galaxie d’Azur (N. Baldacchino) 3. Gibson Desert (P. Galea) 4. Fakir De Mone (C. Calleja)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Forsman (P. Galea) Ħin – 2.03.3” (1.15.2”) 2. True Wise As (J. Briffa) 3. Coucou Mon Neveu (J. Gafa’) 4. Dicsou Montaval (N. Barbara)
IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Bright De Banville (Ch. Vassallo) Ħin – 2.02.3” (1.14.6”) 2. Queenswood (G. Attard) 3. Balou d’Angis (C. Vassallo) 4. Oliwer Hip (M. Falzon)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Bellina De L’Odon (R. Gatt) Ħin – 2.00.7” (1.13.6”) 2. Bebert Du Varlet (N. Baldacchino) 3. Ultimate Love (J. Zahra) 4. Ubu Du Metz (P. Galea)
VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Foxy Brown (R. Gatt) – Navaj Brodda (C. Camilleri) Ħin – 2.01.5” (1.14.1”) 3. Casanova Du Corta (C. Calleja) 4. Vakato (C. Grech)
VII Tiġrija. Finali Kampjonat Executive Security. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. New Moon Pellini (R. Gatt) Ħin – 2.43.1” (1.16.2”) 2. Colorado Telbe (C. Vassallo) 3. Apache Reyor (C. Degiorgio) 4. Cathy De La Rouvre (R. Magro)
VIII Tiġrija. Klassi Premier Dist – 3140m. 1. Abercrombis (M. Ellul) Ħin – 3.56.4” (1.15.3”) 2. Up And Go (G. Attard) 3. Antoine Du Bourg (R. Magro) 4. Vichenko Chef (C. Camilleri)
IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Bright Charm (Cherise Farrugia) Ħin – 4.10.2” (1.19.7”) 2. Bonheur Des Marais (R. Gatt) 3. Tsunami (G. Farrugia) 4. Bionda De Tilou (K. Farrugia)
//= $special ?>