Il-kowċ tal-Ingilterra Gareth Southgate qal li t-tim Ingliż lagħab partita tajba ħafna kontra l-Ġermanja iżda żieda jgħid li l-players iridu mal-ewwel jiffukaw fuq il-kwartifinali ta’ nhar is-Sibt kontra l-Ukrajna.
Ir-rebħa kontra l-Ġermanja kienet l-ewwel waħda għall-Ingilterra sa mill-1966 meta f’dik l-edizzjoni, l-Ingilterra kienu rebħu t-Tazza tad-Dinja. Southgate faħħar ukoll lill-45,000 partitarji li attenda f’din il-partita f’Wembley Stadium, fejn qal li wara l-perjodu diffiċli tal-pandemija l-players Ingliżi taw spettaklu lill-partitarji tagħhom.
Southgate ddeskriva dan il-mument li jinsabu fih l-Ingilterra bħala wieħed perikoluż hekk l-aspettative hija waħda għolja sabiex l-Ingilterra jirbħu l-komptizzjoni iżda t-triq se tkun waħda diffiċli, bil-kowċ Ingliż jitlob lill-players tiegħu iżommu saqajhom mal-art.
//= $special ?>