Lokali Parlament

L-embrijun bniedem mhux massa ċelloli

Clyde Puli, PN

Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal fil-parlament li l-embrijun hu bniedem u mhux massa ċelloli u għalhekk gandu jkun protett.

Hu qal li fil-pajjiż sal-lum m’hemm l-ebda embrijun li l-ġenituri tiegħu għażla li ma jpprovawx iwellduh; dan ifisser li l-poplu għandu jagħti lura lill-ħajja. Hu tkellem dwar l-ispejjeż li hemm dwar l-proċedura tal-IVF fejn il-Gvern jonfoq €15,000 għal kull ċiku.

Il-koppji jridu jonfqu wkoll €3,500 oħra, sostna Clyd Puli,li kompla li hu pożittiv li l-Gvern se jagħti dan iċ-ċiklu kollu lill-koppji. Il-ħajja m’għandhiex prezz u jekk is-soċjetà tikkunsidra lill-bniedem mil-aspett finanzjarju tkun qed titlef il-prinċipji u l-valui tagħha. Kull emenda li ssir għandha tkun imżewġa ma’ standards ta’ prattika u standards etiċi.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-ħajja għandha tkun salvagwardja sa mill-konċepiment u spjega li l-IVF ilu jsir f’Malta snin twal. Il-valuri etiċi tal-komunità m’għandhomx jitwarrbu għaliex l-IVF għandha implikazzjonijiet diversi fosthom etiċi u morali.

Clyde Puli kompla li barra minn Malta hemm miljuni ta’ embrjuni li jibżgħu fil-friża u jitneħħew. Hu kellem dwar is-surrogacy u qal li l-kiri tal-ġuf m’għandux ikun aċċettat għaliex diversi implikazzjonijiet. L-embrijun għandu jkun ikkunsidarat bħala bniedem u mhux massa ċelloli. Hu tkellem dwar l-emendi biex jillegalizzaw l-abort u kompla li meta jitneħħew il-pieni fuq l-abort jkun hemm problemi għax jkun qed jiġi legalizzat l-abort.

Il-problema trid tkun trattata min fejn tiba l-ħajja, sostna Clyde Puli, li kompla li jittama li s-soċjetà żżomm il-livelli tagħha. Il-ħajja tibda mill-konċepiment, mill-ewwel ċellola; jekk din tkun ir-riga allura ħadd ma jista’ jagħmel xejn biex teqred dik il-ħajja umana. L-UE m’għandhiex dritt timponi fuq il-poplu dwar l-abort.

Clyde Puli qal li jridu jittieħdu l-prekawzjonijiet kontra l-abbużi u sostna li l-poplu Malti jippretoġi u jivvaluta l-ħajja. Hu tkellem kontra l-esperimenti fuq il-ħajja umana għaliex dawn ma jistgħux isiru għad-detriment tal-ħajja umana.