Permezz ta’ stqarrija l-Malta Police Union fakkret li kull deċizjoni li jieħu uffiċjal tal-Pulizija dan jagħmilha f’isem il-Kummissarju tal-Pulizija.
Dan qalitu b’reazzjoni għal permess li ma ħariġx biex issir id-dimostrazzjoni tal-artisti llejla fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta. Dan minkejja li d-dimostrazzjoni ‘Daqshekk Siekta’ kienet pjanata li tkun protesta paċifika, bil-miżuri kollha ta’ mitigazzjoni, inkluż id-distanza soċjali.
Hija qalet li huwa tajjeb li l-midja tirraporta dak li jkun għaddej, iżda l-midja għandha tifhem dan il-punt li l-ordnijiet ikunu eserġitati wara ordni mill-Kummissarju.
Fl-istqarrija l-Union qalet li tesprimi solidarjetà mal-Assistent Kummissarju u fakkret li kull uffiċjal li jilbes l-uniformi jagħmel dan biex iservi lill-Korp u lill-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>