Wara stennija ta’ diversi xhur…. fl-aħħar il-Gvern ħabbar l-istraterġija nazzjonali tiegħu għal wara l-pandemija. Strategija li ilna xhur nistaqsu dwarha, u li l-Gvern baqa’ jkaxkar saqajh biex jippubblikaha.
Il-pjan fih 114-il proposta li skont il-Gvern iridu jitwettqu fi żmien tliet snin…. jiġifieri kważi se jkunu għaddew ħames snin minn mindu faqqgħet din il-pandemija f’pajjiżna sakemm ikunu twetqu, jew bdew, dawn il-proposti.
Mistoqsi dwar dan, il-Ministru responsabbli minn din l-istrateġija ikkonferma li fi zmien tliet snin jafu jkunu ghadhom se jibdew uhud minn dawn il-proposti.
Bl-istess Ministru jammetti li Malta għandha taħdem iktar fejn tidħol il-governanza tajba.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret l-Erbgħa, intqal li l-għan aħħari ta’ dawn l-inizjattivi huwa li tingħata importanza lil ħames setturi li jinkludu l-kwalità tal ħajja, l-infrastruttura, l-edukazzjoni, il-governanza tajba u l-ambjent.
Ħames setturi li l-Partit Nazzjonalista diġà preżenta diversi proposti għalihom wara li saret ħidma mill-clusters politiċi. Bil-Gvern għal darb’oħra jerġa’ jikkopja proposti tal-Oppożizzjoni.