EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

“M’aħniex se nibżgħu mill-Ingilterra” – Andriy Shevchenko

Il-coach tal-Ukrajna Andriy Shevchenko, f’kummenti wara l-partita drammatika kontra l-Iżvezja, stqarr li m’humiex se jibżgħu mill-Ingilterra fil-kwarti finali tal-Euro 2020. Iż-żewġ timijiet jiltaqgħu fil-kwarti finali f’Ruma nhar is-Sibt wara li l-Ingilterra għelbu lill-Ġermanja 2-0, bil-gowls jaslu permezz ta’ Raheem Sterling u l-captain Harry Kane.

Min-naħa l-oħra l-Ukrajna rebħu l-konfront tagħhom bl-iskor ta’ 2-1, bil-gowl tar-rebħa jasal fil-121 minuta permezz ta’ Artem Dobvyk. L-Ingilterra se jkun qed jilagħbu l-ewwel partita tagħhom barra minn Wembley Stadium f’din l-edizzjoni tal-Euro 2020, bir-rebbieħ jsib jistenniħ fis-semi finali lir-Repubblika Ċeka jew lid-Danimarka.

Madanakollu minkejja li Shevchenko huwa konxju tat-talent u l-potenzjal li jipposjedi t-tim Ingliż, hu stqarr li t-tim tiegħu mhux se jkun intimidat u se jkun qed jilgħab b’qalbu kollha biex jasal sas-semi finali, hekk kif din kienet it-tieni darba li t-tim Ukren irnexxielu jasal sal-kwarti finali ta’ turnament maġġuri.