Wara diversi rapporti dwar il-futur ta’ Jadon Sancho illejla, jidher li ntlaħaq ftehim bejn Man Utd u Borussia Dormtund, bit-tim Ingliż mistenni jħallas is-somma ta’ €90 miljun biex jikseb lil winger ta’ 20 sena.
Sancho mistenni jiffirma kuntratt ta’ ħames snin sal-2026 fil-jiem li ġejjin, wara li tintemm il-Euro 2020. Sancho ilu deċiż li jiffirma ma’ Man Utd wara li kien ferm viċin li jiffirma is-sena l-oħra, fejn kienu fallew in-negozjati bejn iż-żewġ clubs.
Għal Borussia Dortmund, l-istaġun li għadda, Sancho skorja 16-il gowl u provda 20 assist fil-kompetizzonijiet kollha. Bħalissa hu jinsab mal-iskwadra Ingliża jippreparaw għall-kwarti finali tal-Euro 2020 kontra l-Ukrajna.
//= $special ?>