Michael Grech rebaħ l-MSSF Aquilina Shield fid-dixxiplina tat-Trap, b’George Mifsud itemm fit-tieni post filwaqt li Chris Farrugia spiċċa fit-tielet post tal-klassifika finali. Din il-kompetizzjoni ġiet organizzata fis-Shooting Ranges f’ Ta’ Kandja nhar il-Ħadd, bit-tiraturi jisparaw fuq 50 plattina.
Is-sitt Finalisti skond il-Bib number u l-kwalifikazzjoni tagħhom kienu:
Jean Pierre Coleiro b’total ta’ 93/100; Michael Grech 92/100, George Mifsud 92/100, Robert Farrugia 90/100 , Christopher Farrugia 90/100, u Nicholas Carabott 88/100.
Ir-riżultati uffiċċjali wara l-Finali kienu:
Michael Grech 43/50, George Mifsud 40/50, Chris Farrugia 34/40, Nicholas Carabott 25/35, Jean Pierre Coleiro 16/30, Robert Farrugia 12/25
//= $special ?>