Fl-aħħar aġġorament dwar l-għawwiem Neil Agius intqal li jekk il-lejl li għadda kien wieħed tajjeb, dan ifisser li l-aħħar kilometri qabel il-wasal tiegħu f’Malta huma aktar possibbli. Jidher li r-riħ u l-kurrent issa jinsabu favurih għalkemm xorta hemm ftit ta’ żiffa.

L-eċitament u l-mentalità pożittiva tal-ekwipaġġ huma riflessi fl-updates li qed jgħaddu minn ħin għall-ieħor fuq il-media soċjali. Neil żied minn medja ta’ 2.5km fis-siegħa għal 3.2km fis-siegħa.
L-ekwipaġġ kompla jgħid li l-moral huwa wieħed tajjeb hekk kif diġà qed jaraw lil Malta.
Agius beda l-isfida tiegħu jumejn ilu meta telaq minn Linosa jumejn ilu. Neil qed jagħmel din l-isfida biex iqajjem għarfien dwar l-għaqda Wave of Change, li min-naħa tagħha, qed tħeġġeġ lill-pubbliku biex jieħu sehem fid-#DoubletheWave Challenge.
L-għan hu li wieħed jiġbor sitt biċċiet tal-plastik f’kull ħin u f’kull post, jieħu ritratt tas-sitt biċċiet tal-plastik miġbura u jitteggjaw #DoubletheWave u @waveofchangemalta, filwaqt li jinnominaw sitt persuni biex jingħaqdu magħhom!