Kienu għall-ħabta tal-10.08pm ta’ llejla, l-għawwiem Neil Agius daħal fil-bajja tax-Xlendi f’Għawdex, fejn se jikser rekord dinji b’għawma ta’ 130km li saret minn Linosa f’Lampedusa sa Malta. Ir-rekord ta’ Agius se jittniżel bħala l-itwal għawma mingħajr l-ebda assistenza li qatt saret.
Din l-għawma kellha ssir bejn it-Tuneżija u Sqallija iżda minħabba l-maltemp kellha tinbidel ir-rotta. Agius emfasizza li minkejja li nbidlet r-rotta ma kinitx se tagħhmel l-isfida differenti jew aktar faċli. F’din l-għawma Agius kien akkumpanjat minn numru ta’ persuni oħra fosthom tobba, it-tfajla tiegħu kif ukoll l-ġenituri tiegħu li tawh l-inkoraġġiment biex iwettaq din l-isfida.

L-għan tal-għawma kien li tkompli titqajjem kuxjenza għall-kampnaja Wave of Change kif ukoll biex jinġabru miljun biċċa plastik mill-baħar u jinkoraġixxi lin-nies iwaqqfu milli jħammġu l-baħar. Qabel ma bdiet din l-għawma t-tfajla ta’ Neil Agius, Lara Vella ħejjietlu sorpriża fejn proponietlu biex jiżżewiġha.

F’Ġunju tas-sena li għaddiet, Neil Agius kien kiser ir-rekord tal-għawm bejn Sqallija u Malta fuq distanza ta’ 100km hekk kif kien irnexxielu jtemm f’ħin ta’ sagħtejn u tnax-il minuta.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista f’messaġġ fuq Facebook ukoll feraħ lil Neil Agius ta’ dan ir-rekord li kiser.
