Futbol Sport

Nuno Espirito Santo l-kowċ il-ġdid ta’ Tottenham

Tottenham ħatru lil Nuno Espirito Santo bħala l-kowċ il-ġdid tal-klabb hekk kif ffirma kuntratt ta’ sentejn.

Espirito Santo kien ilu kowċ ta’ Wolves għal tliet snin fejn wassal lill-klabb miċ-Championship sa kwalifikazzjoni storika għall-UEFA Europa League. Il-kowċ Portugiż se jkun qed jieħu post il-kompatrijott tiegħu Jose Mourinho li tkeċċa minn Tottenham f’Marzu li għadda fejn wara kien Ryan Mason li ħa t-tmexxija tal-klabb f’idejh.