Lokali Parlament

Nuqqas ta’ ippjanar fi proġetti turistiċi fil-Mellieħa

Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li hemm nuqqas ta’ ippjanar f’diversi proġetti li qed isiru fiż-żona tal-Mellieħa.

Fil-parlament hu qal li Malta għandha tagħmel l-almu kollu tagħha f’diversi settri fosthom il-kultura u l-ambjent fil-pakkett turistiku u staqsa jekk il-Gvern hux qed jippjana bis-serjetà. Hu tkellem fuq l-importanza li fil-proġetti jkun hemm valur għall-flus minfuqa. Sinifikanti l-fatt li, l-MTA hi l-uniku entità li ma marritx il-parlament fid-dibattitu dwar dawn l-estimi.

Hu semma’ l-ambjent u qal li għall-Gvern dan mhux porijorità b’effetti negattivi ġenerali. Il-bini sfrenat li tiela’ fil-pajjiż mhux qed ikun ta’ riklam tajjeb għall-pajjiż għaliex m’hemmx bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent. Hu apella biex il-karatterisitiċi tal-irħula jinżammu.

Robert Cutajar qal li hawn binijiet li qed iħassru l-karatteristiċi tal-irħula u sostna li hawn postijiet fejn it-turġien fil-bajjiet għadhom ma tpoġġewx. Hu semma’ x-Xemxija u qal li x-xogħl fuq il-promenade tax-Xemxija tħalla mhux lest; l-istess kif sar fl-Għadira.

Hu semma’ l-parkeġġ tal-Għadira u appella biex din it-triq terġa’ ssir b’wiċċ ġdid. Kien fl-201- li din il-bajja saret Blue Flag. Ħadd m’hu responsabbli mill-parkeġġ tal-Għadira? L-ispiża telgħet b’€500,000 għal €1.3 miljuni għal proġett li f’seba’ xhur tas-sena se jkun vojt. Dan meta dan il-parkeġġ seta’ intuża s-sena kollha billi jintuża mill-familji u t-turisti. Hu staqsa għaliex ma sarux green walls minflok konkos f’dan il-parkeġġ.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-lukanda tal-Marfa u qal li minkejja l-COVID x-xogħoljiet fuq il-moll bdew issa. Hu appella wkoll biex l-Għassa tal-Mellieħa terġa’ tinfetaħ.