Futbol Sport

Rafa Benitez jinħatar kowċ ta’ Everton

Il-kowċ Spanjol Rafa Benitez inħatar kowċ ta’ Everton fl-Ingilterra, wara li Carlo Ancelotti ħalla lill-club biex jingħaqad ma’ Real Madrid. Din m’hijiex l-ewwel esperjenza ta’ Rafa Benitez fl-Ingilterra hekk kif bejn l-2004 u l-2010 hu mexxa lil Liverpool, li huma r-rivali ta’ Everton f’Merseyside. Fl-Ingilterra Benitez mexxa wkoll lil Newcastle United bejn l-2016 u l-2019.

Hu ffirma kuntratt ta’ tliet snin sal-2024 u fl-ewwel kummenti tiegħu saħaq li jinsab kuntent li ssieħeb club bħal Everton, filwaqt li ħerqan li jmexxi t-tim għas-suċċessi fil-futur.

Benitez kiseb diverssi suċċesi matul il-karriera tiegħu fosthom il-UEFA Champions League f’Istanbul ma’ Liverpool fl-2005 kif ukoll darbtejn il-La Liga ma’ Valencia, u l-UEFA Europa League fiż-żmien qasir li għamel bħala kowċ ta’ Chelsea fl-istaġun 2012/2013.