L-Amerikana Serena Williams qalet li tinsab iddiżpjaċuta ferm li kellha tirtira minn Wimbledon minabba l-injury li sofriet fil-partita tal-ewwel round kontra Aliaksandra Sasnovich. Williams bdiet il-partita b’saqajha infaxxata fejn fil-ħames logħba tal-ewwel sett żelqet u kompliet tiggrava l-injury li kellha.
Fis-seba’ partita tal-ewwel sett Williams reġgħet żelqet u kien hawnhekk fejn viżibilment kommossa, kellha tirtira mill-ewwel partita tagħha f’din l-edizzjoni tal-Wimbledon. Serena Williams kienet qed tipprova tirbaħ l-24 Grand Slam tagħha fil-karriera u t-tmien titlu ta’ Wimbledon.
Sadanittant ftit tal-jiem ilu Williams ħabbret li mhux se tkun qed tieħu sehem fl-Olimpjadi ta’ Tokjo, fejn qalet li hemm diversi raġunijiet għaliexe mhux se tkun qed tipparteċipa, għalkemm ma tagħtx dettalji lill-media dwar dan.
//= $special ?>