Lokali

Sirjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq scaffolding

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Sirjan ta’ 20 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar sular minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9.10 fi Triq Wied Għollieqa, il-Kappara.

Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.