Lokali

Amerikan jiskidja bil-mutur u jibqa’ dieħel f’karozza

Raġel Amerikan ta’ 46 sena residenti l-Mellieħa, iddaħħal l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ ilbieraħ f’xi 6.00pm meta l-pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Wardija, l-Imġarr.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur Lexmoto li kien qed isuq, b’konsegwenza li skidja u daħal f’karozza Smart li kienet qed tinstaq fl-istess direzzjoni minn raġel ta’ 56 sena li jgħix fiż-Żebbuġ, Għawdex.

Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel Amerikan l-Isptar Mater Dei għal aktar
kura. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.