Lokali

Bi ġrieħi gravi wara argument f’San Ġiljan

Kmieni dalgħodu, għal xis-01:45, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq id-Dragunara, San Ġiljan.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kien hemm argument bejn grupp ta’ żgħażagħ.

Ġuvni Franċiż ta’ 18-il sena safa’ aggredit minn wieħed miż-żgħażagħ li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lil Franċiż l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Fejn aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.