Futbol Sport

Birkirkara bi ftehim ma’ Intersport

Għall-istaġun il-ġdid li jibda ftit tal-jiem oħra permezz ta’ partita fil-Conference League, Birkirkara ħabbru ftehim ġdid ta’ tliet snin ma’ Intersport Malta fejn.

Birkirkara ħabbru wkoll il-flokkijiet l-ġodda li se jkunu qed jużaw matul dan l-istaġun. Il-President tal-klabb Michael Valencia qal li l-objettivi tal-klabb għall-istaġun li ġej se jkun li jitjiebu fuq l-istaġun li għadda.

Valencia qal li minkejja li neħħew xi players u li diġa ġabu xi players fosthom il-goalkeeper Daniel Fernandes u il-midfielders Ryan Scicluna, Jed Valletta u Diego Venancio, t-tim għadu xorta mhux komplut hekk kif mistennija aktar akkwisti sat-30 ta’ Awwissu.

Il-kowċ ta’ Birkirkara Andre Paus, qal li hu l-players huma kunfidenti li jistgħu jgħaddu minn dan ir-rawnd fil-Conference Leauge.