Lokali

COVID-19: 4 każi ġodda, ifiqu 3

Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis, f’pajjiżna ġew irreġistrati 4 każi ġodda filwaqt li fiequ 3 persuni… il-każi attivi jitilgħu għal 46.

Dawn iċ-ċifri ġew ippubblikati fuq il-paġna tas-Saħħa ta’ Facebook hekk kif fortunatament fl-aħħar 24 siegħa ma kellna l-ebda mewta kaġun tal-Covid, bl-ammont baqa’ dak ta’ 420.

It-total ta’ każijiet mill-bidu tal-pandemija f’Marzu tas-sena li għaddiet issa jlaħħaq it-30,627, bl-ammont ta’ persuni mfejqa huwa dak ta’ 30,161.

Intant, sal-Tlieta 325,891 persuna ħadu żewġ dożi tal-vaċċin għal kontra l-imxija.