Lokali

Ħaddiema tas-salvataġġ imexxu operazzjoni ta’ tfittxija għal persuna fil-baħar

Bħalissa membri tal-Korp tal-Pulizija, suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta kif ukoll uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu għaddejin b’operazzjoni konġunit fl-inħawi ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.

L-operazzjoni bħalissa hija meqjusa bħala waħda ta’ salvataġġ hekk kif rapporti indikaw li fil-baħar seta’ kien hemm persuna li sabet ruħha f’diffikultà għalkemm rapporti ma eskludewx li dak li ntlemaħ fil-baħar seta’ kien oġġett u mhux persuna.

Oġġetti misjuba fuq il-blat fil-qrib madankollu jikkonfermaw it-teorija li fil-baħar jista’ jkun hemm persuna.

It-tfittxija qed issir kemm mill-baħar kif ukoll mill-ajru permezz ta’ ħelikopter tal-AFM.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.