Claudio Grech, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech sostna li fil-Pjan ta’ Irkupru, il-Gvern iffoka fuq proġetti tiegħu li diġà jinsabu fil-budget iżda nesa lis-settur privat.
Fil-parlament dalgħodu Claudio Grech qal li dawn huma fondi grazzi għall-UE li huma riżultat tal-fatt li gvernijiet Nazzjonalisti dejjem emmnu fis-sħubija fl-UE; kontra l-mobilizzazzjoni kollha tal-PL. Hu tkellem fuq l-importanza ta’ inizjattivi ambjentali u diġitali u dawn huma żewġ prijoritajiet.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ kif Malta ma żammitx mad-data li fiha riedet tippreżenta dan il-Pjan ta’ Irkupru u sostna li l-Gvern mhux qed jopera fl-ispirtu tad-dibattitu parlamentari propju l-għada li l-Gvern ippreżenta l-Pjan, Kif l-Gvern jista’ jgħid li qed jopera b’serjetà? Il-parlament għandu jassigura li dan il-Pjan ikun l-aħjar wieħed lejn il-pajjiż.
L-Oppożizzjoni trid tikkonribwixxi għal dan il-Pjan iżda l-Gvern jibqa’ ma jikkonsultax. Il-Gvern nesa’ l-proġetti tas-settur privat, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li pajjiżi kbar qed jgħmlu investimenti kbar fl-ekonomija. Ħafna mill-proġetti li qed isemmi l-Gvern diġà jissemmew fil-budget; dan hu biss bugdet addizzjonali. Il-prijorità bħalissa huma iċnentivi għall-industrija u mhux il-proġetti tal-Gvern.
Il-Gvern m’għandux fiduċja li s-settur kapaċi jasal, sostna Claudio Grech, li kompla li kien il-poplu Malti li ħoloq il-ġid u mhux il-Gvern. Hu appella biex il-pjan ikun diskuss u tingħata iktar informazzjoni biex il-pjan ikun wieħed raġonevoli. Il-gvern m’għandux jissupprvja iżda għandu jisma’.
//= $special ?>