Lokali Parlament

Il-pajjiż jeħtieġ Pjan ta’ Rkurpu rivedut wara konsultazzjoni; il-Gvern kien arroganti

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech sostna fil-parlament dalgħodu li l-pajjiż jeħtieġ Pjan ta’ Rkurpu rivedut li jsir wara konsultazzjoni għaliex il-pjan li ressaq il-Gvern hu dilettantesk li ma jiffokax fuq il-prijoritajiet tal-poplu.

Il-Kap tal-PN qal li fit-tfassil ta’ dn il-Pjan il-Gvern skarta lill-MCESD u ma kkonsultax lanqas mal-esperti.

Il-Kap tal-PN qal li hu importanti li jkunu identifikati s-setturi ta’ prijorità u sostna li l-UE hi opportunità għall-poplu Malti kollu; il-Gern qed juri pożizzjoni ta’ dilettant fejn xejn mhux xejn. Il-Pjan tressaq tard u bla konsulatzzjoni; qed iħossuhom elitisti għax mingħalihom se jgħaddu kollox mill-Kabinet u wara jmur quddiem il-parlament b’kollox lest.

Hu sostna li l-Pjan kien diġà tressaq għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea; il-Prim Ministru qed jiddisprezza lill-Oppożizzjoni, lill-parlament u lill-poplu; għax hu l-poplu Malti li jitlob lill-PN jagħtu sehmu fil-parlament. Il-poplu kollu jrid politika aktar serja fejn ikun hemm djalogu u mhux djalogu maħnuq.

Il-Kap tal-PN kompla li dan hu obbligu fuq il-Gvern, li qed jonqos minnu l-ħin kollu. Dan hi obbligu lejn mill-istess regoli tal-UE, sostna l-Kap tal-PN li kompla li l-Gvern jinsab xahrejn trd b’dokument li diġà tressaq lill-Kummissjoni Ewropea. Dan hu disprezz tal-legat li l-poplu ħadem għalih meta ssieħeb fl-UE. Dan hu disprezz lejn id-demokrazija, sostna l-Kap tal-PN li appella biex dan il-Pjan jikkunsidra lil Għawdex iżda anki hawn il-Gvern ma tax l-attenzjoni meħtieġa.

Bernard Grech kompla li l-Għawdxin ma kienux involuti fit-tfassil tal-prijoritajiet u ma sarux laqgħat mal-entitajiet kollha Għawdxin. Dan hu Gvern li jisma’ biss lilu nnifsu u lil ta’ madwaru u ma jinteressaħx minn dak li jaħsbu s-setturi Għawdxin. Dan hu Gvern normali għaliex f’pajjiż normali l-Gvern jikkonsulta.

Bernard Grech kompla li Sqallija se tgawdi minn ivestiment storiċi għaliex il-Gvern Taljan nieda konsulatzzjoni maż-żoni kollha biex jidentifikaw il-prijoritajiet.

Dawn se jwettqu proġetti kbar fosthom ajruport u pont; l-Gvern Ċentrali Taljan sema’ lir-reġjuni ta’ Sqallija. Fuq Għawdex dan sa bl-ebda mod u għalhekk m’hu se jsir xejn u m’hemm l-ebda proposta għal Gaħwdex.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li dan hu ta’ għajb għall-Gvern u għall-Prim Ministru, li lanqas mar għal din is-seduta. Hu sostna li dawn huma sinjali ovvji ta’ arroganza li issa laħqet livelli intollerabbli; dan hu Gvern supperv u arroganti. Il-poplu qed jeżamina lill-Gvern li ma ħaqqux ikun denju li jemxxi dan il-pajjiż. Il-politika trid issir billi l-bniedem jitpoġġa fiċ-ċentru tagħha.

Il-Kap tal-PN qal li ż-żgħir ma jinstab imkien f’dan il-pjan u m’hemmx miżuri ta’ wens għan-negozji ż-żgħar. Lil dawn iridu jitfgħuhom il-ħabs, kif qallhom il-Prim Ministru fl-MCESD. Il-Gvern se jiġri wara n-negozji ż-żgħar flok jiġri wara l-politiċi korrotti li daħlu lil Malta fil-lista l-griża. Il-Gvern ma ħasibx fil-familji Maltin; dawn il-fondi għandhom jaslu għandu in-nies.

Il-Kap tal-PN kompla li l-Ewropa ma tkunx moħmija fil-Kabinet tal-ministri iżda li minnha jgawdu n-nies kollha. Il-fondi Ewropej għandhom jilħqu l-ewwel lill-familji Maltin.

Jeħtieġ li l-ewwel inizjattivi u skemi ma jkunx il-vetturi tal-ministri iżda l-vetturi tal-poplu iżda l-Gvern jipproteġi biss l-interessi tiegħu. Dan hu Pjan b’nuqqas ta’ ambizzjoni, frott ta’ Gvern arroganti li dehrlu li jista’ jħawwad waħdu mingħajr il-parteċipazzjoni tal-Oppożizzjoni, tas-soċjetà u tal-NGOs. Il-pajjiż għandu jsir carbon neutral. Kemm se jkun il-kontribut għall-GDP u kemm se jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni? Kemm se jsiru inizjattivi ħodor? Il-Pjan ma fih xejn ukoll dwar il-miri Ewropej fl-ambjent.

Il-Kap tal-PN kompla li l-PN ma jistax jaċċetta dan il-Pjan kif inhu mressaq minn dan il-Gvern għax dan il-Pjan seta’ jsir aħjar; il-medjokrità tal-Gvern mhix biżżejjed għall-PN u gall-pplu. Il-Gvern għandu josserva l-liġijiet Ewropej u jrid jerġa’ jmur lura biex jkkonsulta magħhom biex iressaq pjan rivedut iktar ambizzjuż.