Lokali Parlament

Il-Pjan ma jinkludix proposti biex il-pajjiż ikun preparat f’każ ta’ pandemija oħra

Kevin Cuatajr, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal fil-parlament li l-Pjan ta’ Rkupru ma jinkludix proposti biex il-pajjiż ikun preparat f’każ ta’ pandemija oħra.

Kevin Cutajar qal li dan id-dibattitu parlametnari wara li l-Pjan diġà hu approvat hu farsa u sostna li l-greylisting ta’ Malta kien disfatta għall-pajjiż minkejja li l-gvern qed jgħid li din kienet opportunità.

Hu sostna li l-Gvern ipprepara dan il-Pjan waħdu, ippreżentah tard u ma kkomunikah lil ħadd. Il-PN hu mpenjat li jkompli jaħdem biex id-demokrazija fil-pajjiż tibqa’ tiffunzjona; li ma kienx għall-PN il-Gvern lanqas kien jdidiksuti dan il-pajn fil-parlament. Il-Gvern lanqas ta’ 24 siegħa lill-Oppożizzjoni biex tevalwa dan il-Pjan iżda l-Oppożizzjoni lesta biex tiddibatti.

Id-deputat Nazzjonalista fakkar fil-benefiċċji li kiseb il-pajjiż bis-sħubija ta’ Malta fl-UE u sostna li hu biss grazzi għall-PN li nkisbu dawn il-fondi. Hu tkellem dwar l-ambjent u l-immaniġġjar tal-iskart u qal li din hi problema li ħoloq il-gvern stess.

Il-gvern ħoloq il-problema tal-bini bla rażan u wettaq immigrazzjoni ta’ barrnin bla limitu li qed joħolqu ammonti ta’ skart li għalih irid ikun soluzzjonijiet.

Kevin Cutajar tratta s-saħħa u qal li l-fondi fil-Pjan issa se jintefqu fuq l-ipsartijiet pubbliċi biss wara li l-Gvern biegħ l-isptarijiet. L-istess fl-edukazzjoni fejn hemm proposta li jinbena ITS ġdid wara li kien il-gvern stess li kissru.