Lokali Parlament

Il-membri tal-Gvern assenti mill-Parlament

Hekk kif fil-Parlament dalgħodu qed isir dibattitu importanti dwar il-miljuni li se tieħu Malta mill-UE bħala parti mill-Pjan tal-Irkupru, il-membri tal-Gvern huma kważi assenti mill-Kamra tar-Rappreżentanti.

Fil-ftuħ tad-dibattitu, kien hemm biss il-Ministru Edward Zammit Lewis illi għamel diskors sħiħ jiddefendi l-operat tal-Gvern preżenti. Zammit Lewis, fost l-oħrajn, stqarr li sar investiment fl-FIAU – meta dan kien propju wieħed min-nuqqasijiet li sab l-FATF għaliex hemm bżonn aktar riżorsi u investiment.

Kienet l-Oppożizzjoni li talbet dan id-dibattitu Parlamentari wara li l-Gvern naqas milli jikkonsulta mal-PN u mal-imsieħba soċjali dwar dan il-Pjan ta’ Irkupru. U fil-mument meta suppost qed issir id-diskussjoni Parlamentari, anke hawn – il-membri tal-Gvern xorta kienu assenti mid-dibattitu.