Lokali

Jirriżenja l-Kummissarju responsabbli mill-Għaqdiet Volontarji

Wara li l-Ministru Clifton Grima kien personalment ordna lill-Kummissarju responsabbli għall-Għaqdiet Volontarji biex jirtira talba għal awditjar fuq NGOs, l-istess Kummissarju, Anthony Abela Medici issa offra r-riżenja tiegħu.

Abela Medici kien għamel din it-talba wara li esprima tħassib b’rabta mal-FATF. Iżda l-Ministru Clifton Grima kien ordnalu jirtiraha.

Mistoqsijiet lill-Ministru dwar dan l-indħil fix-xogħol tal-Kummissarju Abela Medici baqgħu mhux imwieġba, bi Grima jgħid li l-NAO hija istituzzjoni indipendenti u mistqosijiet għandhom ikunu ndirizzati lilhom, filwaqt li aċċetta r-riżenja tal-Kumimssarju.

Fir-rapport tiegħu aktar kmeini din is-sena, Anthony Abela Medici kien qal li l-Moneyval u l-FATF iqisu lill-NGOs bħala vulernabbli ferm għall-abbużi inklużi ħasil ta’ flus u ffinanzjar ta’ terroriżmu. It-tħassib tal-Kummissarju qam wara li madwar 1,900 return baqgħu mhux preżentati minn għaqdiet u li dawn ir-returns imorru lura sal-2010.