Lokali

L-iskema ta’ restawr ta’ faċċati ta’ djar għandha tkun miftuħa għal-lokalitajiet kollha – PN

Il-Partit Nazzjonalista huwa favur kull skema li tinċentiva restawr ta’ binjiet.

Permezz ta’ stqarrija, il-Kelliem tal-Oppozizzjoni għall-Ippjanar, Kostruzzjoni u l-Port Ħieles Hermann Schiavone stqarr li madankollu l-Partit Nazzjonalista jinnota li ħafna mit-toroq li ġew identifikati biex jikkwalifikaw mill-iskema tar-restawr huma konċentrati fil-kostitwenzi tal-Ministru responsabbli mill-istess skema.

Għaldaqstant il-Partit Nazzjonalista jinsisti li l-iskema mħabbra lbieraħ għandha tinfetaħ għalllokalitajiet kollha fejn hemm toroq arterjali u mhux biss fil-lokalitajiet imħabbra.