EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

L-Iżvizzera se jkunu mingħajr il-captain Granit Xhaka kontra Spanja

L-Iżvizzera se jkunu mingħajr l-captain tagħhom Granit Xhaka għall-partita tal-kwart finali tal-Euro 2020 kontra Spanja.

Xhaka kien strumentali fir-rebħa li kellhom fil-partita mir-rawnd tal-aħħar sittax kontra Franza, wara l-għoti tal-penalties. Minbarra li Xhaka kien ivvutat bħala l-aqwa plejer tal-partita, hu se jkun l-uniku plejer li se jitlef il-kwarti finali minħabba sospensjoni fil-kwarti finali tal-Euro 2020.

Għalkemm Xhaka jinsab impenjat mat-tim nazzjonali, fuq livell ta’ club, jidher li se jkun qed jissieħeb lil Roma fiż-żmien li ġej, b’Juventus ukoll juru interess fil-modfielder ta’ Arsenal.