Missier ta’ 65 sena weħel sentenza ta’ tmien snin ħabs wara li allegatament ġiegħel lill-ibnu ta’ 7 snin imur mal-prostituti, esponih għall-pornografija u d-drogi filwaqt li mhux l-ewwel darba li sawtu, b’riżultat li wasslu biex jibża’ mill-vjolenza.
Il-każ seħħ lura fl-2016 meta żewġ prostituti rrapurtaw il-każ lil Appoġġ, b’waħda minnhom tisħaq li ma tiflaħx tara lit-tifel jgħaddi minn din il-ħajja ta’ età tant żgħir. It-tifel inġabar minn social worker dakinhar stess hekk kif spiċċa mill-iskola.
Għal bidu, it-tifel kien tant imbeżża’ li ma bediex ilissen kelma iżda maż-żmien it-tifel qalhom li missieru kien se jsakkru f’gaġġa jekk dan jitkellem dwar din is-sitwazzjoni.
Fil-Qorti ntqal kif it-tifel qed ibati minn problemi ta’ saħħa mentali, ma jafdax lil dawk ta’ madwaru u saħansitra għandu feriti fuq ġismu hekk kif il-missier kif isawtu kemm-il darba b’lasta ta’ xkupa u electric wire.
Allegatament, il-missier kien qed jibża’ li ibnu hu omosesswali hekk kif uħud mill-qraba tiegħu huma omosesswali.
Kien fid-dawl ta’ dan kollu li l-Qorti ddeċidiet li tatih il-massimu ta’ priġunerija li tippermetti l-liġi. Dan filwaqt li l-missier hu mċaħħad minn kull awtorità bħala ġenitur jew kull dritt fejn jidħol xi minuri.
//= $special ?>

