Lokali

Verżjoni ġdida ta’ Another Summer Night!

Fabrizio Faniello flimkien mat-tim tiegħu għadhom kemm niedew verżjoni ġdida tal-mużika Another Summer Night li tinkludi numru ta’ remixes għall-klabbs akkumpanjat minn video ta’ lirika, b’Fabrizio hu l-protagonist permezz ta’ karattru komiku.

Fabrizio Faniello kien irrapreżenta lil Malta 20 sena ilu fil-Eurovision Song Contest li ġie mtella’ fil-Parken Stadium ta’ Kopenhagen, id-Danimarka, quddiem 38,000 persuna fl-udjenza u aktar minn 100 miljun telespettatur madwar id-dinja fejn spiċċa fid-disa’ post grazzi għall-prestazzjoni tal-mużika Another Summer Night.

Din il-verżjoni l-ġdida tinkludi sorpriża hekk kif protagonista oħra hi oħtu Claudia Faniello li rrapreżentat lil pajjiżna lura fl-2017.

Tista’ tisma’ din il-mużika fil-link: https://www.youtube.com/watch?v=0R327TK7JZs