Lokali

“Domna sagħtejn u nofs nistennew biex noħorġu”

Net News irċieva numru ta’ messaġġi mingħand nies li damu mas-sagħtejn u nofs jistennew biex joħorġu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Ritratti li rċevejna juru mijiet ta’ persuni qed jistennew biex joħorġu mill-arrivals. Evidenti anki mir-ritratti, il-persuni li kien hemm jistennew huma ta’ kull età, minn tfal sa anzjani. Fost l-oħrajn ħafna qalu li din hija x-xena li t-turisti li jkunu għadhom kemm waslu f’pajjiżna qed jesperjenzaw, sitwazzjoni xejn sabiħa.

“Is-sitwazzjoni hija redikola”

Nies li tkellmu magħna qalulna li minħabba l-ammont ta’ nies li kien, lanqas biss setgħu iżommu d-distanza soċjali u li mhux kulħadd kien liebes il-maskra. F’konferenza tal-aħbarjiet id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne nħeba wara l-Unjoni Ewropea hekk kif qal li s-sistema diġitali f’Malta ma tistax tintuża minħabba l-Unjoni Ewropea.