Lokali

Alex Agius Saliba jibqa’ jinsisti li ma jaqbilx ma’ Cyrus Engerer

Tkompli toħroġ fid-deher il-qasma li teżisti bejn il-Membri Parlamentari Ewroprej tal-Partit Laburista fuq kwistjoni tant sensittiva għal pajjiżna…. l-abort.

F’vot li ttieħed ftit tal-jiem ilu, l-MEP’s Laburisti vvutaw kollha differenti minn xulxin fuq rapport li ffoka fost l-oħrajn fuq id-drittijiet riproduttivi, u li jqis l-abort bħala dritt uman.

Fost l-MEP’s kollha Maltin, Cyrus Engerer kien l-uniku wieħed li vvota favur dan ir-rapport, Alfred Sant u Josianne Cutajar astjenew filwaqt li ż-żewġ MEP’s tal-Partit Nazzjonalist Roberta Metsola u David Casa, kif ukoll l-MEP Laburista Alex Agius Saliba vvutaw kontra.

Mistoqsi dwar dan, Alex Agius Saliba qal li jippreferi ma jikkummentax dwar kif ivvutaw sħabu fil-Parlament Ewropew.

Iżda ftit minuti wara l-istess Agius Saliba qal li ma jaqbilx ma’ kif ivvutaw l-MEPs Laburisti…ghalkemm jirrispetta l-pozizzjoni taghhom.

Dan il-vot ifisser ukoll li Cyrus Engerer ivvota kontra dritt ieħor li għandha Malta; jiġifieri li fejn jidħol l-abort għandu jiddeċiedi biss il-Parlament nazzjonali u mhux il-Parlamet Ewropew.