Sport Sport Ieħor

Alex Zanardi f’kundizzjoni stabbli iżda għadu ma jitkellimx

(Ritratt: EPA)

L-eks sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni stabbli iżda għadu ma jistax jitkellem sena wara l-inċident li kellu bil-handbike tiegħu fl-Italja.

Zanardi li huwa paratleta kien tilef il-kontroll tal-handbike tiegħu f’tellieqa f’Toscana u daħal fi trakk li kien ġej mid-direzzjoni opposta. Il-mara ta’ Zanardi, Daniela qalet li hu jista’ jikkomunika magħhom iżda xorta għadu ma jistax jitkellem.

Zanardi bħalissa għaddej b’terapija sabiex jerġa jikseb l-abbiltà li jitkellem. Fl-2001 Zanardi kellu iż-żewġ saqajn maqtugħajn wara inċident fil-Ġermanja. Fil-karriera tiegħu fil-Formula 1 Zanardi kien saq ma’ Jordan, Minardi u Lotus.