L-Alleanza tal-Oppożizzjoni fl-Armenja – li qed titmexxa mill-eks President Armen Robert Kocharyan – talbet lill-qorti kostituzzjonali biex taqleb ir-riżultati tal-elezzjonijiet tal-20 ta’ Ġunju li ssarrfu f’disfatta għall-istess alleanza.
Il-Partit tal-Aġent Prim Ministru Armen, Nikol Pashinyan, kien rebaħ 53.91 tal-vot fl-elezzjonijiet parlamentari tax-xahar li għadda – u bil-grupp politiku ta’ Kocharyan jispiċċa b’21.9 fil-mija biss tal-vot.
Min-naħa tagħhom, l-osservaturi internazzjonali mal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) qalu li l-elezzjonijiet fl-Armenja kienu kompetittivi u ‘organizzati kif suppost’.
Robert Pashinyan kien sejjaħ l-elezzjoni bikrija f’tentattiv biex irażżan kriżi politika li bdiet meta l-qawwiet Armeni etniċi, is-sena l-oħra, tilfu l-kontroll ta’ territorju fir-reġjun ikkuntestat ta’ Nagorno-Karabakh u l-madwar.
Dan kien seħħ waqt sensiela ta’ battalji mal-Armata tal-Ażerbajġan, bil-poplu Armen, imbagħad, isejjaħ biex il-mexxejja politiċi tagħhom ‘iħallsu l-prezz’ għal dik id-disfatta.
//= $special ?>