L-Italja kisbu post fis-semifinali wara rebħa ta’ 2-1 fuq il-Belġju.
Wara li kellhom gowl imħassar ta’ Leandro Bonucci, l-Italja skorjaw darbtejn fil-31 minuta permezz ta’ Nicolo Barella u fl-44 minuta Lorenzo Insigne.
Ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima l-Belġju ngħataw penalty meta Giovanni Di Lorenzo waqqa lil Jeremy Doku fil-kaxxa, minn ħdax il-metru Romelu Lukaku ma żbaljax.
Fit-tieni taqsima l-iskor baqa’ ma nbidilx minkejja l-pressjoni mit-tim Belġjan biex b’hekk l-Italja aċċertaw post fis-semifinali kontra Spanja.
Belġju : T.Courtois, T.Alderwiereld, T.Vermaelen, J.Vertonghen, T.Meunier, A.Witsel, Y.Tielemans, T’Hazard, K.De Bruyne, J.Doku, R.Lukaku
Italja : G.Donnarumma, G.Di Lorenzo, L.Bonucci, G.Chiellini, L.Spinazzola, N.Barella, Jorginho, M.Verratti, F.Chiesa, C.Immobile, L.Insigne
Referee: S.Vincic
Assistenti referees: T.Klancik, A.Kovacic
//= $special ?>