Il-fatt li l-Gvern jiddeċiedi waħdu fuq pakkett finanzjarju daqshekk importanti għal pajjiżna… huwa inkwetanti ferm. Jidher biċ-ċar li l-Gvern Laburista ħoloq diversi problemi f’pajjiżna u se juża dawn il-fondi biex isovi l-problemi li ħoloq huwa stess.
Dan kien il-messaġġ li waslu d-Deputati Nazzjonalisti Kevin Cutajar u Joe Ellis f’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-pjan ta’ rkupru u reżiljenza li qed jippreżenta l Gvern.
Kevin Cutajar fakkar li dawn il-fondi ġew grazzi għall-viżjoni li kellu Gvern Nazzjonalista li daħħal lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea. Huwa li li l-Partit Nazzjonalista ma jaqbilx mal-fatt li l-Gvern żamm kollox mistur u ma qalx ma’ min ikkonsulta dwar kif se jintefqu dawn il-fondi. Dan meta l-Partit Laburista tela’ fil-Gvern bl-għajta li jisma’ lil kulħadd.

Id-Deputat Kevin Cutajar qal li dan il-pjan għadu f’idejn il-Gvern fejn l-Oppożizzjoni ngħatat biss preżentazzjoni mingħajr ebda ħin adegwat għall-mistostjiet.
Huwa żied jgħid li pajjiżna spiċċa f’sitwazzjoni fejn il-Gvern Laburista ta’ Robert Abela mbarka fuq politika ta’ importazzjoni massiċċa ta’ immigranti u bini bla rażan… politika li pproduċiet ħafna problemi. Kevin Cutajar qal li issa quddiem dan kollu, il-Gvern qed juża fondi tal-EU sabiex isolvi dawn il problemi.. meta dawn setgħu intużaw għal affarijiet oħra
Kevin Cutajar qal li l-PN kien jistenna li min-naħa tal-Gvern ikun hemm iktar konnessjoni diretta bejn id-digitalizzazzjoni tal pajjiż u l-irkupru mill-pandemija tal-COVID.
Min-naħa tiegħu d-Deputat Nazzjonalista Joe Ellis reġa’ tenna li dan il-pjan ġie mfassal mill-Gvern waħdu mingħajr ma għamel konstulazzjoi ma’ ħadd. Dan meta l-Kummissjoni Ewropea saħqet li għandu jkun hemm konsultazzjoni mal-partijiet kollha konċernati… bħalma sar f’pajjiżi oħra.
Joe Ellis kompla jgħid li l-Gvern ma qalx kif pajjiżna se jilħaq il-mira li sas-sena 2050 pajjiżna jsir carbon neutral.

Quddiem dan kollu, il-Gvern kellu d-dmir li joħrog bi pjanijiet iktar dettaljati u komprensivi fejn seta’ kie hemm konsensus nazzjonalista sabiex dawn il-fondi Ewropej jintuża bl-aħjar mod għall-ġid ta’ pajjiżna.
Joe Ellis fakkar kif huwa ta’ diżappunt li l-Isptar ta’ Għawdex mhux se jibbenefika minn dawn il-fondi ewropej għax m’għadux sptar pubbliku. Fakkar ukoll kif l-anqas l-Universista u l-Mcast mhuma se jibbenefikaw minn dawn il-fondi.