Lokali

Howard Keith, Ira Losco u oħrajn…bi protesta simbolika għada quddiem il-Parlament

F’post fuq il-media soċjali, il-President tal-MEIA Howard Keith kiteb li għada filgħodu fl-10.30 se jkun il-Belt Valletta waħdu quddiem il-Parlament bi plakka li tgħid “daqshekk diskriminazzjoni għall-arti u d-divertiment”.

Huwa żied jgħid li se jagħmel dan għax jemmen fid-drittijiet tal-arti u l-ħaddiema kollha f’din l-industrija tant sabiħa. Industrija li ġiet demonizzata globalment u anke Malta, li spiċċat maħkuma minn narrativa ta’ ifred u saltan u li qed tinqered.

Howard Keith qal li bħala president tal-MEIA fassal pjan bi 3 azzjonijiet distinti li se jittieħdu wara li ntwera bic-car li s-setturi li jirrappreżenta gew diskriminati għal darba , darbtejn, tlieta! Ma’ din il-protesta simbolika se jingħaqdu nurmu ta’ artisti u kantanti, fosthom Ira Losco.