Mill-informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li l-Gvern qed jikkonsulta mal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali tal-Parlament bil-ħsieb li jaħtar lil Jesmond Saliba bħala Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji. Dan wara li fl-aħħar jien irriżenja Anthony Abela Medici minn dan l-irwol.
Jesmond Saliba ilu involut fis-settur tal-volontarjat għal numru ta’ snin. Issa ilu għall-aħħar għaxar snin membru fil-Bord tad-Diretturi tad-Dar tal-Providenza.
Dan l-uffiċċju tal-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji kien inħoloq fl-2007. Kollox f’pajjiżna hawn madwar 1,900 NGO.