Futbol Sport

Jose Mourinho jasal Ruma

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ Portugiż Jose Mourinho wasal f’Ruma biex jibda l-eseperjenza tiegħu ma’ Roma fis-Serie A.

Jose Mourinho wasal Ruma biex jibda l-avventura tiegħu fl-Italja ma’ Roma (Ritratt: EPA)

Mourinho wasal fl-ajruport ta’ Ciampino għall-ħabta tas-2.30pm, fejn wara baqgħa sejjer lejn Trigoria fejn se jkun qed jagħmel ħames t’ijiem kwarantina wara li fl-aħħar ġimgħat kien fl-Ingilterra.

Bosta partitarji inġabru biex jilgħu lil Jose Mourinho f’ Ruma (Ritratt: EPA)

Għadd ta’ partitarji kienu qed jistennew il-wasla ta’ Mourinho barra l-ajruport. Mourinho diġa beda jħejji l-iskwadra tiegħu għall-istaġun li ġej hekk kif fis-sigħat li ġejjin mistenni jakkwista lill-midfielder ta’ Arsenal Granit Xhaka u l-goalkeeper ta’ Wolves Rui Patricio.