EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

L-aqwa tim fir-rankings tal-FIFA kontra t-tim li ilu ma jitlef 31 partita

Illejla l-Allianz Arena fi Munich se tospita il-partita bejn l-aqwa tim fir-rankings tal-FIFA u t-tim li ilu ma jitlef 31 partita, il-Belġju kontra l-Italja. Iż-żewġ timijiet huma fost il-favoriti li jirbħu din l-edizzjoni tal-Euro 2020, iżda illejla xi ħadd minnhom irid jkun eliminat.

Il-Belġjani immexxija mill-kowċ Roberto Martinez mistennija jkunu mingħajr żewġ pedini importanti għat-tim b’Eden Hazard u Kevin de Bruyne it-tnejn jinsabu mweġġgħajn, bid-deċiżjoni mistennija tittieħed fl-aħħar siegħat qabel il-partita. Madanakollu is-saħħa tat-tim Belġjan tidher fit-talent li għandu disponibbli għalih, b’Romelu Lukaku u Thorgan Hazard mistennija jpattu għan-nuqqas taż-żewġ t’iplejers.

L-aħħar sessjoni ta’ taħriġ tal-Belġju qabel il-partita ta’ llejla (Ritratt: EPA)

Il-Belġju rebħu kull partita li lagħbu fil-Euro 2020, bil-gowl importanti ta’ Throgan Hazard jagħti rebħa lil Belġjani fil-partita tal-aħħar sittax kontra iċ-champions attwali l-Portugall. Il-Belġjani jinsabu għatxan għas-suċċess internazzjonali b’hekk meqjusa il-golden generation għadha mingħajr unur internazzjonali maġġuri, minkejja li waslu sal-kwarti finali tal-aħħar erba’ tournament internazzjonali.

Min-naħa l-oħra,l-Italja, li ilhom 31 partita mingħajr telfa, se jkunu bl-iskwadra kompluta hekk kif se jirritorna id-difensur ta’ esperjenza Giorgio Chiellini, wara l-injury li sofra fil-partita tal-gruppi kontra l-Iżvizzera. Statistika interessanti dwar dan il-konfront mistenni ta’ llejla hi li din se tkun il-ħames darba li l-Belġju u l-Italja jiltaqgħu f’tournament maġġuri – l-erba’ laqgħat preċedenti kollha ġew fil-fażijiet tal-gruppi.

Il-kowċ Taljan Roberto Mancini bl-aħħar struzzjonijiet lit-tim qabe il-partita ta’ llejla (Ritratt: EPA)

L-Italja rebħet tlieta filwaqt li ġiet draw oħra. Din l-istatistika turi wkoll li l-iktar team li l-Belġju saba diffiċli biex jirbaħ f’tournament maġġuri huwa t-team Taljan. S’issa, l-aħħar dehriet tagħhom f’din il-fażi kollha spiċċaw deċiżi bil-penalties fejn għal darbtejn minn tliet, kienu eliminati. Filwaqt li l-Belġju rebħu seba’ mill-aħħar tmien logħbiet tagħhom fil-Kampjonati Ewropej.

Minkejj li l-Italja rebħu l-erba’ logħbiet tagħhom f’din l-edizzjoni tal-Euro 2020, iżda l-istatistika turi li huma qatt ma rebħu ħames logħbiet konsekuttivi f’Kampjonat Ewropew.

Kwarti finali : Italja v Belġju 9.00pm Allianz Arena Munich