L-Awstralja se tnaqqas bin-nofs in-numru ta’ wasliet internazzjonali li taċċetta wara żieda fil-każi ta’ COVID-19 – każijiet li waslu wkoll biex nofs il-popolazzjoni tingħalaq f’lockdown. Jidher li parti minn din iz-żieda qawwija fil-każi waslet minn numru ta’ lukandi li fihom kien hemm persuni fi kwarantina li ħarġulom is-sintomi wara li waslu fil-pajjiż.
Mill-14 ta’ Lulju, l-Awstralja se tibda taċċetta d-dħul ta’ 3,000 persuna fil-pajjiż – miżura li x’aktarx iddum sas-sena d-dieħla. Il-Prim Ministru Scott Morrison saħaq li din il-miżura se tnaqqas il-pressjoni fuq is-sistema ta’ kwarantina. L-Awstralja qed iżżomm strateġija ta’ miżuri stretti sakemm tlaqqam il-maġġoranza tal-popolazzjoni tagħha, hekk kif s’issa 8% biss ġew imlaqqma.
Intant, anke fl-Ewropa reġgħu bdew jiżdiedu l-każi ta’ COVID-19 wara 10 ġimgħat konsekuttivi ta’ tnaqqis. Id-WHO mhux teskludi l-possibbiltà li l-każijiet żdiedu kaġun taċ-ċaqlieq tan-nies li kienu qed jivjaġġaw minn belt għall-oħra biex jaraw il-partiti maġġuri tal-Euro 2020.
//= $special ?>