Lokali

L-MEIA jitolbu biex sejħa li ħareġ il-Gvern tkun sospiża

Permezz ta’ post fuq Facebook l-MEIA il-Malta Entertainment Industry and Arts Association talbu biex is-sejħa li kien hemm għall-proposti għall-produzzjonijiet mużikali bil-Malti għal bejn l-2022 u l-2026 tkun sospiża.

Hija qalet li kien hemm numru ta’ kjarifiċi dwar il-programm, u li jeħtieġ li għal dan l-eserċizzju jkun hemm trasparenza u li kulħadd ikun qed jimxi pari-passu.

L-MEIA l-Erbgħa kellha tbiddel il-format tal-protesta paċifika bit-tema ‘Daqshekk Siekta’ hekk kif il-Gvern naqas milli joħroġ il-permess biex din l-attività tkun tista’ ssir.