Lokali

“Liġi għal min hu b’saħħtu u liġi għall-bqija” – Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda

Ritratt: Martin Agius

Filwaqt li l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tifraħ lil Ħamrun Spartans li saru ċ-Champions il-ġodda tal-Futbol Malti ma tistax ma turix b’mod inekwivoku d-dispjaċir tagħha li f’pajjiżna qisu hawn liġi għal min hu b’ saħħtu u liġi għall-bqija.

Dan qed jingħad fid-dawl taċ-ċelebrazzjonijiet kbar li saru lbieraħ mingħajr ma jidher li kien hemm ħarsien tar-regoli u protokolli maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.

Fi stqarrija maħruġa mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda intaql li jkun  xieraq u f’waqtu li l-istess Supretendent tagħmel konsultazzjoni mal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda biex tirrevedi b’serjetà l-protokolli ħalli jkun permess li jiġu ċċelebrati anke b’mod ridott l-festi u attivitajiet kulturali relatati li l-għan tagħhom fuq kollox hu li nħarsu l-patrimonju kulturali nazzjonali ta pajjiżna.