Nhar it-Tlieta se ssir elezzjoni każwali biex jimtela l-post ta’ kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan. Dan wara r-riżenja tal-kunsillier tal-Partit Nazzjonalsita Ian Spiteri.
Il-kummissjonarji elettorali għarfet li sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet, irċeviet nomina waħda, dik ta’ André Grech.
L-għadd tal-voti se jsir fid-9:00 ta’ filgħodu fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar.
//= $special ?>