Sport Sport Ieħor

Novak Djokovic jagħmilha fir-rawnd li jmiss

(Ritratt: EPA)

Novak Djokovic kwalifika għar-rawnd li jmiss f’Wimbledon meta bl-aktar mod konvinċenti għeleb lil Denis Kudla 6-4, 6-3, 7-6.

Intant fil-kompetizzjoni tan-nisa, Ons Jabeur issorprendiet lil Gabrine Muguruza b’rebħa ta’ 5-7, 6-3, 6-2.