Atletika Sport

Sha’Carri Richardson se titlef l-Olimpjadi wara test pożittiv tad-doping

L-atleta Amerikana Sha’Carri Richardson se tkun qed titlef l-Olimpjadi li jibdew aktar tard dan ix-xahar wara li nstabet pożittia għal test tal-marijuana.

L-atleta ta’ 21 sena rebħet t-trials tal-Olimpjadi tal-100 metru aktar kmieni f’Ġunju, b’ħin li huwa s-sitt l-aktar veloċi fl-istorja. Richardson talbet biex ħadd ma jiġġudikaha għaliex hi umana wkoll filwaqt li talbet apoloġija.

Richardson kienet sospiża għal xahar mill-USADA u qalet li se tkun qed taċċetta din is-sospensjoni.