EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Spanja jikkwalifikaw wara l-għoti tal-penalties

Fl-ewwel taqsima Spanja kellhom kontroll totali tal-pusses tal-ballun bl-Iżvizzera ftit li xejn kellhom iċ-ċnas li jersqu lejn il-lasti Spanjoli. Spanja marru fil-vantaġġ fit-8 minuta meta x-xutt ta’ Jordi Alba kien mxellef minn Denis Zakaria fil-lasti difiżi minn Yann Sommer, għal 1-0.

Fit-tieni taqsima l-Iżvizzera ħarġu aktar agressivi u proprju fis-67 minuta kisbu l-gowl tad-draw, meta Xherdan Shaqiri approffitta minn inċertezza bjen id-difensuri Spanjoli Pau Torres u Aymeric Laporte, biex għeleb lil UNai Simon b’xutt fil-baxx. Fit-78 minuta l-Iżvizzera spiċċaw jilagħbu bi plejer anqas hekk kif tkeċċa Remo Freuler għal daħla kerha fuq Gerard Moreno. Il-partita kellha tmur għall-ħin barrani

Madanakollu fil-ħin barrani l-ebda tim ma rnexxielu jiskorja bil-partita tmur għall-penalties. Spanja ikkwalfikaw għas-semi finali wara l-għoti tal-penalties. Wara li l-partita ntemmet di draw ta’ 1-1 Spanja skorjaw tliet penalties, bl-Iżvizzera jiskorjaw wieħed.

Spanja : U.Simon, C.Azpilicueta, A.Laporte, P.Torres, J.Alba, Koke, S.Busquets, Pedri, P.Sarabia, A.Morata, F.Torres

Żvizzera : Y.Sommer, S.Widmer, N.Elvedi, M.Akanji, R.Rodriguez, S.Zuber, R.Freuler, D.Zakaria, X.Shaqiri, H.Seferovic, B.Embolo

Referee: M.Oliver

Assistenti Referees: S.Birt, S.Bennett