Fil-jiem li għaddew inżammet il-European Union Cup tal-weightlifting bl-edizzjoni ta’ din is-sena ssir f’pajjiżna fejn ħadu sehem atleti ta’ taħt il-15, is-17 u l-20 sena.
B’kollox ħadu sehem 12-il tim minn Malta, l-Italja, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, Ungerija, Franza, id-Danimarka, il-Belġju, l-Awstrija, is-Slovenja, il-Kroazja. Fil-kompetizzjoni tal-irġiel ta’ taħt il-15-il sena kien it-Taljan Gabrielle La Barbera li temm fl-ewwel post u kien segwit mill-Pollakki Dawid Lisiak u Daniel Liste Martin. il-weightlifter Malti, Rylee Borg temm fis-sitt post.
Fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena tan-nisa, kien hemm żewġ atleti femminili li ħadu sehem, Kim Camilleri Lagana u Kaya Inguanez. Lagana temmet fis-seba’ post fejn irnexxielha wkoll tikser għadd ta’ rekords personali. Inguanez temmew fl-għaxar post, bil-grupp ikun mirbuħ minn Greta De Riso.
Fil-kategorija ta’ taħt is-17-il sena tal-irġiel, il-weightlifter Malti Nikolai Muscat irnexxielu jtemm fit-12-il post overall bil-kategorij tkun mirbuħa mit-Taljan Jacopo Falsinotti. Il-kategorija femminili tal-istess età kienet mirbuħa minn Monika Marach.
Il-Malti Luke Treebyward temm fit-tmien post overall fil-kategorija ta’ taħt l-20 sena bil-kategorija tintrebaħ minn Makariy Kochetov. Tenishsia Thornton temmet fl-10 post fil-kategorija femminili.
It-tim Malti temm fid-9 post overall b’1106.8 punti, bl-Italja tirbaħ din il-kompetizzjoni b’1677 punt.
//= $special ?>