Futbol Sport

Udjenza akbar minn tas-soltu segwiet l-edizzjoni speċjali ta’ Replay mill-Ħamrun

Waqt il-programm speċjali Replay mill-Ħamrun, f'xandira diretta fuq Net Television.

Ix-xandira speċjali tal-bieraħ filgħaxija, tal-programm sportiv Replay fuq Net Television, mill-Ħamrun kienet segwita minn udjenza kbira. Il-bieraħ, permezz tal-Outside Broadcasting Unit, Net Television wassal servizz estensiv f’jum il-presentazzjoni tat-trofew ta’ champions tal-Kampjonat Premier, lil Ħamrun Spartans.

Replay tal-bieraħ beda’ qabel Net News tas-7:30pm u baqa’ sejjer sa wara l-11pm. Matul din ix-xandira diretta, bil-presentazzjoni ta’ Christian Micallef, u l-presentatriċi mistiedna għal dan il-programm speċjali, Louise Tedesco, kien hemm is-sehem tal-mistieden residenti ta’ Replay, Konrad Sultana, kif ukoll numru ta’ mistiedna speċjali oħra. Fost dawn kien hemm il-President tal-MFA Bjorn Vassallo u l-President ta’ Ħamrun Spartans, Joseph Portelli.

Il-President ta’ Ħamrun Spartans, Joseph Portelli flimkien mal-presentaturi Louise Tedesco u Christian Micallef waqt il-programm speċjali Replay.

Agħfas hawn biex tara Replay li xxandar mill-Ħamrun, fl-okkazzjoni tar-rebħ tat-tmien Kampjonat Premierm minn dan il-klabb.