L-ewwel kwarti finali ta’ llejla tara lil Spanja kontra l-Iżvizzera, biż-żewġ timijiet għadhom ġejjin minn 120 minuta ta’ futbol fil-partita tal-aħħar sittax, hekk kif iż-żewġ partiti kellhom bżonn il-ħin barrani, u fil każ tal-Iżvizzera il-penalties, sabiex jikkwalfikaw.
Spanja bdew it-tournament b’żewġ wirjiet deludenti iżda iktar ma’ progress il-Euro 2020, iktar bdew jitjiebu il-prestazzjonijet ta’ dan it-tim żagħżugħ. Wara li fl-aħħar partita tal-grupp huma skorjaw ħames gowls kontra l-Islovakkja, it-tim immexxi minn Luis Enrique rnexxielu jerġa jiskorja ħames gowls oħra din id-darba kontra t-tim tal-Kroazja, fejn juri s-saħaħ li t-tim Spanjol jipposjedi fl-attakk. Minkejja l-kritika fl-aħħar partiti lejn Alvaro Morata, il-gowl importanti li skorja kontra l-Kroazja żgur mhux forsi għollielu l-moral għal din il-partita.
Min-naħa l-Iżvizzera huwa wieħed mit-timijiet tista’ tgħid sorpriża ta’ din l-edizzjoni, hekk kif għaddew mill-grupp bi tliet punti biss, bir-rebħa kontra t-Turkija. Madanakollu, ir-rebħa storika li kisbu kontra ċ-champions tad-dinja Franza, wriet li dan it-tim kapaċi jasal fl-aħaħr stadji tal-Euro 2020, tim li jilgħab aktar minn xejn b’passjoni, għaqda u determinazzjoni, li ma jaqta’ qalbu qatt. Minkejja dan, il-kowċ Vladimir Petkovic se jkun mingħajr il-captain tat-tim Granit Xhaka li kien sospiż fil-partita kontra Franza, fejn in-nuqqas tal-preżenza tiegħu fil-ground se jinħass żgur minn sħabu.
L-aktar konfront memorabbli bejn dawn iż-żewġ timijet jibqa’ dak tat-Tazza tad-DInja tal-2010 fejn l-Iżvizzera kienu għelbu lit-tim Spanjol f’partita tal-gruppi, bil-gowl uniku jasal minn Gelson Fernandes, fejn madanakollu Spanja rnexxielhom jirbħu din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.
Kwartifinali : Spanja v Żvizzera 6.00pm St.Petersburg Stadium, St.Petersburg
//= $special ?>